Baqa’ ftit jiem ohra biex inkunu nafu …
- Posted by S@gW0rPr3@dm1n
- On May 13, 2020
- 0 Comments
… x’kien l-effett tal-illaxkar tal-miżuri f’Malta
Ġimgħa wara li ġew illaxkati restrizzjonijiet bħall-ftuħ mill-ġdid ta’ ħwienet, reġa’ beda l-ivvjaġġar lejn Għawdex għal rikreazzjoni u hu permess li persuni jiltaqgħu fi gruppi sa erba’ persuni flok tlieta; ir-rata ta’ trażmissjoni tal-Coronavirus minn persuna għall-oħra baqgħet taħt iż-żero.
Bl-R factor fil-livell ta’ 0.65, l-istatistiku Vincent Marmara qal li iridu jgħaddu ftit aktar ġranet biex ikun magħruf jekk it-tnaqqis tar-restrizzjonijiet kellux effett jew le fuq il-firxa tal-każi ta’ Covid-19 f’Malta.
Analiżi xjentifika mill-istatistiku Vincent Marmara tal-każi tal-Coronavirus turi li r-rata ta’ riproduzzjoni tal-virus f’Malta għadha taħt il-wieħed, għalkemm dil-ġimgħa, sal-bieraħ, għoliet ftit għal 0.65. Dan ifisser li kull persuna li għandha l-virus qiegħda titrażmettih lil inqas minn persuna waħda.
Dr Marmara spjega li din il-bidla marġinali mhix ġejja għax fil-bidu tal-ġimgħa li għaddiet reġgħu fetħu xi ħwienet. Jekk dan żiedx jew le l-R Factor ikun magħruf fil-ġranet li ġejjin.
“Minn din il-ġimgħa wieħed jibda jara l-każijiet li għandna li huma effett tar-restrizzjonijiet li tnaqqsu madwar ġimgħa ilu, u dan importanti li naraw kif qed isegwi l-R factor fil-ġranet li ġejjin.”
Mistoqsi dwar jekk ir-rata ta’ riproduzzjoni tikkunsidrax il-persuni li jkollhom il-virus u ma jafux, Dr Marmara qal li l-formula li bih tinħadem l-r factor, tikkunsidra rata sa 80% tal-persuni li jkollhom il-virus u mhumiex mghadduda mill-awtoritajiet tas-saħħa.
Il-mudell jassumi li l-maġġoranza assoluta tal-każijiet ma nafux bihom, ħalli nkunu ċerti li mhux inkunu aktar pożittivi milli suppost. Imma qed nghidu li l-maġġoranza tal-kazijiet huma ta’ nies li ma jafux li għandom l-infezzjoni.
Biex l-awtoritajiet tas-saħħa jkollhom stampa aktar ċara tal-persuni li għandhom il-virus u ma jafux, Dr Marmara ppropona studju fuq kampjun xjentifiku rappreżentattiv tas-soċjetà.
“Survey rappreżentattiv, b’mod xjentifiku, stratified bid-demographics kollha tal-pajjż, l-etajiet, id-distretti, nisa, irġiel, imma mbagħad ser tieħu sample ta’ swabs ta’ nies. Permezz għall-argument li tieħu elf ruħ, inti hemmhekk tkun tista’ tieħu sample rappreżentattiv tal-popolazzjoni kollha.”
Dr Marmara qal li dan it-tip ta’ stħarriġ li diġà qiegħed isir f’pajjizi Ewropej, jagħti għarfien ta’ fhiex waslet l-imxija tal-Coronavirus fil-gżejjer Maltin.
Report: Adrian Spiteri, Date: 12th May 2020
0 Comments